Skont il-Kap. 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f'konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). Il-prodott, 'Prekese - Aiden fruit' huwa Ikel Ġdid “Novel Food" li mhuwiex awtorizzat.
Ikel ġdid huwa ikel jew ingredjent tal-ikel li ma ntużax għall-konsum mill-bniedem b'mod sinifikanti fl-Unjoni Ewropea qabel il-15 ta' Mejju 1997 u għalhekk jeħtieġ evalwazzjoni u awtorizzazzjoni bir-reqqa qabel ma jkun jista' jidħol fis-suq tal-UE.
| Deskrizzjoni tal-Prodott: | Prekese Aiden Fruit |  ![]() |
| Ditta: | Bigi-Mama |
|
| Oriġini: | Il-Ghana | |
| Użin: | 200g | |
| Data tad-durabbiltà: | 03/07/2027 | |
| Numru tal-Lott: | 030726 | |
Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefon +356 26025000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00 ta' filgħodu u t-3:00 ta' waranofsinhar, jew jibgħat email fuq l-indirizz [email protected].